Il-plejer ta’ Bayern Munich Jamal Musiala mistenni jdum barra bejn erba’ u ħames xhur wara injury fl-għaksa li sofra fil-partita kontra PSG fil-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fejn Bayern tilfu bl-iskor ta’ 2-0.
Din il-partita kienet l-ewwel waħda għal Musiala li beda mill-bidu sa minn April li għadda hekk kif kien qed jirkupra minn injury oħra fil-hamstring. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, Musiala kien involut f’azzjoni mal-gowlkiper ta’ PSG Gianluigi Donnarumma. Musiala deher mill-ewwel li weġgħa serjament bir-reazzjoni tal-plejers l-oħra wkoll uriet il-gravità tal-injury.
Fi tmiem il-partita l-kowċ ta’ Bayern Munich Vincent Kompany qal li Musiala kellu jittieħed l-isptar. Hu żied jgħid li fi tmiem l-ewwel taqsima kien ferm irrabjat hekk kif Musiala kien għadu kemm irkupra minn injury.
Intant il-partita tas-Sibt kienet ukoll l-aħħar waħda għal Thomas Muller bil-flokk ta’ Bayern Munich hekk kif magħhom lagħab 756 partita fejn rebaħ 13-il darba l-Bundesliga u darbtejn il-UEFA Champions League.
//= $special ?>