Lokali Qorti

Jeħel xagħrejn ħabs wara li nstab ħati ta’ vagabundaġġ

Żvediż ta’ 36 sena weħel xahrejn ħabs wara li ammetta li ttallab għall-flus f’Tas-Sliema.

Anthony Eriksson, Żvediż li twieled il-Kenja, kien akkużat illi f’Ġunju li għadda għix ħajja ta’ vagabundaġġ, ma pprovax isib xogħol biex imantni ruħu u li dejjaq persuni oħra meta ttallab għall-flus.

Inizjalment, Eriksson, kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda fis-seduta ta’ wara huwa għażel li jbiddel din il-verżjoni f’ammissjoni li kien verament ittallab għall-flus u li ma kellux saqaf fuq rasu.

Il-Qorti pperseduta mill-Maistrat Kevan Azzopardi qalet li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi tal-każ u anke tal-akkużat u kien għalhekk li kkundannatu xahrejn priġunerija fil-ħabs ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabria Gatta filwaqt li għall-akkużat dehret l-avukat tal-għajnuna legali Nadya Fiott.