Internazzjonali

L-Indja: Id-Dalai Lama jagħlaq 90 sena fost iċ-ċelebrazzjonijiet f’Dharamshala

Id-Dalai Lama, il-Mexxej Spiritwali tat-Tibet, għaldaq 90 sena, f’avveniment li qed ikun iċċelebrat mill-Buddisti kollha madwar id-dinja.

Fl-aħħar sigħat, eluf ta’ Tibetani Buddisti mlew il-belt Indjana ta’ Dharamshala, fir-reġjun tal-Himalayas, biex isellmu lill-Mexxej tagħhom u fost l-inżul tax-xitwa kontinwa. Intant id-Dalai Lama –  liebes bl-istil reliġjuż tradizzjonali– mexxa fost in-nies bl-għajnuna ta’ żewġ qassisin Buddisti u fost il-kant u l-mużika spiritwali kontinwi.

Id-Dalai Lama hu rikonoxxut bħala simbolu u promotur dinji għall-paċi u fost in-nies preżenti f’Dharamsala kien hemm anki diversi Ministri tal-Indja u ammiraturi barranin, fosthom l-attur Amerikan famuż, Richard Gere.