Il-Gvern tal-Istati Uniti qed jikkollabora mal-awtoritajiet f’Texas waqt it-tfittxija intensiva għan-nies li sparixxew waqt l-akbar inċidenza ta’ għargħar għal snin f’dan l-Istat…
L-għargħar irriżulta f’sitwazzjoni ta’ kriżi, b’mijiet tal-membri tal-iskwadri għall-emerġenzi, fl-aħħar sigħat, ifittxu għall-persuni rappurtati nieqsa f’din it-traġedja.
Skond l-aħħar kalkoli, l-għargħar għall-għarrieda f’Texas irriżulta f’talanqas 60 mejtin, biċ-ċifra tal-vittmi mistennija titla fis-sigħat li ġejjin.
Talanqas 20 fost il-vittmi huma tfal u meta Kerr County hu konfermat bħala z-zona li ġarrbet l-akbar impatt tal-akbar għargħar għal snin.
Hu konfermat ukoll li f’dawn l-inħawi mietu talanqas 43, bl-awtoritajiet lokali qed ikomplu bit-tfittxija għal 27 tifla u tifla li kienu qed jattendu youth kamp ta’ soċjetà Kristjana….Attività sajfija li kienet qed tkun organizzata viċin ix-Xmara Guadalupe.
Larry Leitha, ix-Xeriff ta’ Kerr County, qal li t-tfittxija mhix se tieqaf sakemm l-awtoritjiet jikkonfermaw id-destin tal-persuni kollha rappurtati nieqsa.
Madankollu, diversi osservaturi mgħandhomx daqstant tamiet li n-nieqsa – inklużi t-tfal – jistgħu jinsabu ħajjin fiċ-ċirkustanzi.
L-aħħar rapporti referew ukoll għas-sejba ta’ diversi katavri oħra fi bnadi oħra ta’ Texas…Bnadi li jinkludu Travis County u Tom Green County.
Għalissa għadhom effettivi t-twissijiet dwar għargħar potenzjali fiċ-ċentru ta’ Texas, bil-Gvernatur tal-Istat, Greg Abbott, jiffirma direttiva li tippermetti għal aktar impenji ta’ emerġenza fuq livell ta’ Stat… Hu wkoll ikkummenta li l-awtoritjiaet se jippersistu bil-missjoni ta’ search and rescue fost l-impenji biex huma jirkupraw kull vittma ta’ dan id-diżastru.
U fil-preżent, l-iskwadri għall-emerġenza qed ifittxu fl-inħawi kollha viċin ix-Xmara Guadalupe għall-possibbiltà li jsibu l-ħajjin – sigħat sħaħ wara li kien kaxkarhom l-ilma.
//= $special ?>