Lokali

Kontrollat nar kbir li żviluppa f’Manoel Island

Kienu għall-ħabta tal-10:30pm tas-Sibt, meta waqt li kien għaddej spettaklu tan-nar tal-ajru f’Tas-Sliema, ġie innotat li żviluppa nar kbir f’Manoel Island.

Fil-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili, li wettqu x-xogħol tagħhom sabiex jikkontrollaw in-nirien u jevitaw li jkompli jinfirex.

Għadu mhux stabbilit xi ħsara seħħet, iżda qed ikun maħsub li n-nar beda minħabba xi murtali.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.