Kienu għall-ħabta tal-10:30pm tas-Sibt, meta waqt li kien għaddejj spettaklu tan-nar tal-ajru f’Tas-Sliema, ġie nnotat li żviluppa nar kbir f’Manoel Island.
Fil-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili, li wettqu x-xogħol tagħhom sabiex jikontrollaw in-nirien u jevitaw li jkompli jinfirex.
Għadu mhux stabbilit xi ħsara seħħet, iżda qed ikun maħsub li n-nar beda minħabba xi murtali.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>