Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:00 meta seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti r-Rabat, u mutur Suzuki misjuq minn Indjan ta’ 30 sena u jgħix Birkirkara.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>