Futbol Sport

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima jwittu t-triq għal Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Real Madrid…………………..3

Borussia Dortmund………2

Real Madrid: T. Courtois, T. Alexander-Arnold (K. Mbappe 67′), A. Rudiger, D. Huijsen, F. Garcia, A. Tchouameni (R. Asencio 85′), F. Valverde, A. Guler, J. Bellingham (D. Ceballos 67′), G. Garcia (Rodrygo 86′), V. Junior (L. Modric 67′)

Borusssia Dortmund: G. Kobel, N. Sule (Y. Couto 46′), W. Anton, R. Bensebaini, J. Ryerson, M. Sabitzer, P. Gross (F. Nmecha 46′), D. Svensson, J. Brandt (J. Duranville 63′) (C. Chukwuemeka 82′), K. Adeyemi (M. Beier 46′), S. Guirassy

Referee: Ramon Abatti (Brażil)

Żewġ gowls fl-ewwel 20 minuta tal-partita wittew it-triq għal Real Madrid meta għelbu lil Borussia Dortmund 3-2 biex b’hekk avvanzaw għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.

Real Madrid fil-vantaġġ wara 10 minuti, cross ta’ Arda Guler li sab lil Gonzalo Garcia li mill-viċin ma żbaljax biex b’hekk kompla bil-forma ta’ gowls mill-aqwa tiegħu. It-tim ta’ Xabi Alonso rdoppja fl-20 minuta, cross fil-baxx ta’ Trent Alexander-Arnold li sab lil Fran Garcia li kkonkluda mingħajr diffikultà.

Il-partita kompliet tiżvolġi lejn it-tmiem fejn kienu skorjati tliet gowls u kien hemm ukoll tkeċċija. L-ewwel kien Maximilian Beier li fit-tieni minuta tal-ħin mogħti żejjed naqqas l-iskor għal Borussia Dortmund. Real Madrid għamlu l-iskor 3-1 fir-raba’ minuta permezz ta’ Kylian Mbappe. Żewġ minuti wara għal Real Madrid tkeċċa Dean Huijsen biex fl-aħħar tal-partita kien penalty ta’ Serhou Guirassy li għamel l-iskor finali 3-2.