Lokali Parlament

206 kienu għadhom qed jistennew sabiex jgħaddu ġuri

Il-persuni li kienu għadhom qed jistennew sabiex jgħaddu ġuri huma 206 sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, u li minnhom 76 ilhom jistennew ħames snin jew iktar.

Jirriżulta li kien hemm 38 li kien ilhom jistennew sitt xhur; 44 ilhom jistennew sena; 48 ilhom jistennew sentejn u 76 ilhom jistennew ħames snin jew iktar – total 206.

L-ammont ta’ persuni li qed jistennew sabiex jgħaddu ġuri kkonfermah fil-Parlament il-Ministru Jonathan Attard li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputt Nazzjonalista Gtraziella Atterd Previ.

Jirriżulta wkoll li fl-aħħar xhur sar investiment fil-binja prinċipali tal-Qorti, fejn żdiedet awla ġdida attrezzata sabiex isiru l-ġurijiet fiha. Fil-fatt fl-aħħar ġimgħat diġà saru tliet ġurijiet fiha, fl-istess waqt li kien għaddej ġuri ieħor.