Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sarulha 97 rapport dwar allegat drenaġġ f’San Pawl il-Baħar. Dan kien konfermat f’interpellanza fil-Parlament u r-rapporti saru bejn il-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha kienet inwieġba l-mistoqsija parlamentari fil-Parlament.
Jirriżulta li kienu 24 każ fejn il-Korporazzjoni ħtiġilha tintervjeni biex tiżblokka l-mains tan-network tagħha wara li twaddab fihom materjal minn terzi li mhux permessibbli li jintrema fis-sistema tad-drenaġġ.
L-interpellanza saret mid-Deputat Nazzjonalista Graziella, Galea lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Filwaqt li jkun hemm każi li jiġu rappurtati aktar minn darba minn individwi differenti, fissret il-Ministru Miriam Dalli, fil-bqija tal-każi irriżulta li ma kienx drenaġġ jew li l-kawża kienet infrastruttura privata.
//= $special ?>