Lokali Parlament

Anzjani qed jispiċċaw fil-faqar minħabba prezzijiet għoljin tal-mediċini

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-Parlament li ħafna anzjani qed jispiċċaw fil-faqar minħabba prezzijiet għoljin tal-mediċini.

Paula Mifsud Bonnici qalet li l-Awtorità tal-Mediċini ilha mwaqqfa mill-2003 u li għandha diversi funzjonijiet. Hi tkellmet dwar l-estenzjoni tal-perjodu biex l-Awtorità tlesti l-kontijiet tagħha issa fi żmien 14-il ġimgħa. Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm problemi kbar ta’ aċċessibbiltà u prezzijiet għoljin ta’ ċertu mediċini. Dan wassal biex ħafna anzjani daħlu fil-faqar minħabba l-prezzijiet ta’ ċertu mediċini.

Id-deputat Nazzjonalista tkellemt dwar l-importanza ts’ saħħa tajba għall-poplu u kompliet li l-gvern għandu jinvesti fil-mediċini biex iktar nies ikunu qed jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-gvern qed jagħti mediċini ġeneriċi flok dawk speċifiċi li jkunu iktar effettivi. Dan qed isir f’diversi setturi.

Hawn anzjani li minn pensjoni ta’ €800 fix-xahar qed jonfqu €200 fix-xahar fuq mediċini li ma jkunux fil-formolarju. Hawn ukoll anzjani li minħabba dawn qed jibqgħu nieqsa minn affarijiet essenzjali.

Problema oħra li l-anzjani ma jistgħux ikunu jafu l-istruzzjonijiet dwar effetti mediċi sekondarji meta jieħdu l-mediċini minħabba problema ta’ lingwa. Quddiem din is-sitwazzjoni l-gvern jibqa’ jippermetti tberbiq bla bżonn fejn anki l-Kap Eżekuttiv ta’ Monte Carmeli kienet sospiża propju minħabba dan it-tberbiq fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara. Dan filwaqt li d-Dipartiment ta diversi direct orders flok inħarġu l-offerti. Dan filwaqt li l-gvern issa qed jgħid li m’għandux flus għaċ-Ċentru tas-Saħħa fit-tramuntana.