Internazzjonali

F’Texas: 78 persuna kkonfermati mejta u 41 neqsin

Fl-għargħar li seħħ fiċ-ċentru ta’ Texas, mill-inqas 78 persuna ġew ikkonfermati mejta filwaqt li 41 jinsabu neqsin.

L-aktar zona li kienet milquta hija l-Kontea ta’ Kerr, fejn mietu 68 persuna, inklużi 28 tifel u tifla li kienu qegħdin waqt kamp tas-sajf tal-bniet Kristjani. Dan hekk kif ix-Xmara Guadalupe telgħet 26 pied f’45 minuta biss.

Għaxar campers u counsellor għadhom neqsin. L-isforzi ta’ salvataġġ għadhom għaddejjin iżda qed jiġu mxekkla permezz tal- maltempati u kundizzjonijiet allarmanti, inklużi anke sriep velenużi. L-awtoritajiet iwissu li n-numru ta’ mwiet jista’ jiżdied.

Il-Gvernatur ta’ Texas, Greg Abbott, iddeskriva l-għargħar bħala “orribbli” u wiegħed li xejn mhu se jwaqqafhom sakemm ma jsibu lil persuni neqsin. Il-President Donald Trump iffirma dikjarazzjoni ta’ diżastru maġġuri, li tippermetti assistenza federali biex tappoġġja operazzjonijiet ta’ salvataġġ u għajnuna.

F’Ruma, il-Papa Ljun XIV talab għall-vittmi u l-familji tagħhom.