Ian Vassallo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo qal fil-Parlament li l-gvern għadu ma jinvestix biżżejjed fil-mediċini tal-ogħla kwalità.
Ian Vassallo qal li hu minnu li kien hemm żieda fil-mediċini tal-POYC iżda Malta xorta tinsab lejn l-aħħar fis-settur tal-mediċini innovattivi. Hu qal li hemm ħafna mediċini importanti li ilhom xhur neqsin u żied li qed jinbidlu ċertu ditti ta’ pilloli regolarment.
Jeħtieġ iktar stabbiltà fil-mediċini li jittieħdu. Dan filwaqt li ċertu mediċini qed ikunu se jiskadu meta jmorru biex jinġabru. Jeħtieġ ukoll li l-mediċini jkolhom l-informazzjoni bl-Ingliż, sostna Ian Vassallo, li fakkar li l-Gvern Laburista kien wiegħed li se jwassal il-mediċini għand in-nies fi djarhom.
Hu semma l-importanza tal-medicina tad-diabete u appella biex ma jkunx hemm nuqqas ta’ dawn il-mediċini. Dwar il-mediċina PREP, Ian Vassallo qal li dawn kienu mwiegħda li se jingħataw il-mediċina iżda din għad mhijiex tingħata.
//= $special ?>