Il-festival ‘Mużika Mużika 2026’ se jkun qed isir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu u l-applikzzjonijiet għal min hu interessat huma uffiċjalment miftuħin.
Dan tħabbar waqt koferenza tal-aħbarijiet fejn ingħataw it-trofej lir-rebbieħa ta’ din is-sena. Bl-applikazzjonijiet għas-sitt edizzjoni ta’ dan il-festival, se jagħlqu fid-19 ta’ Settembru.
Fost id-diversi mistiedna li se jkunu qed jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss ta’ ‘Mużika Mużika’ se jkun hemm ir-rebbieħ ta’ din is-sena Jamie Cardona flimkien ma’ mistiedna oħra li se jkunu qed jitħabbru fix-xhur li ġejjin. Dan filwaqt li se tkun qed tirritorna wkoll is-serata tal-klassiċi li hija fost il-favoriti mal-udjenza.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-format li ntuża din is-sena se jkun qed jinżamm is-sena li ġejja wkoll. U għalhekk, b’kollox fl-ewwel serata se jkun hemm 20 kanzunetta u fl-aħħar serata jkantaw il-finalisti.

Intant, it-Tnejn ingħataw it-trofej lir-rebbieħa kollha; trofew lil Lisa Gauci għall-aħjar interpretazzjoni, trofew lil Maestro Ryan Paul Abela għall-aħjar arranġament mużikali, u trofew lil Pamela Bezzina li klassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ‘Perfett’.


Ingħata trofew ukoll lil Brooke Borg li klassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Tiegħek Jien’ u trofew lil Jamie Cardona li rebaħ il-konkors ‘Mużika Mużika’ bil-kanzuentta ‘Stajna Konna Aħna’.


Ingħataw trofej ukoll lill-awturi u lill-kompożituri ta’ dawn il-kanzuentti.
//= $special ?>