Il-Protezzjoni Ċivili, għal numru twil ta’ sigħat, kellha tiġġieled nirien fil-ħaxix fiz-zona ta’ Wied Għomor bejn San Ġwann u s-Swieqi.
Il-pumpieri kienu fil-post u ħadmu biex iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll.
L-awtoritajiet ħeġġew lill-pubbliku biex jevitaw iz-zona sabiex il-pumpieri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sigur u effiċjenti.
Residenzi fil-viċin intalbu jżommu t-twieqi u l-bibien magħluqin bħala prekawzjoni.
//= $special ?>