Il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta ikkollaboraw flimkien biex inbeda proġett li se jwassal għall-bini ta’ 260 residenza. Dan minħabba ż-żieda enormi fir-rata tal-prezzijiet tal-propjetà, bil-proġett huwa mmirati lejn persuni li mhumiex f’sitwazzjoni li jkunu sidien ta’ darhom, għalkemm xorta mhumiex eliġibbli għal housing soċjali.
Dawn ir-residenzi ser jinbnew fl-irħula ta’ Ħal Kirkop, il-Fgura, San Ġiljan u Wied il-Għajn. Artijiet pubbliċi li l-Gvern għadda lill-Fondazzjoni Djar Affordabbli; b’artijiet minnhom ikunu tal-Knisja, u li kienet għaddiet lill-istat għal skop soċjali.
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li dan il-proġett hu xhieda ta’ kif il-Knisja qed tgħin sabiex nies li jinsabu taħt mantra soċjali jkunu jistgħu jgħixu f’ambjent dinjituż. U filwaqt li rringrazzja l-awtoritajiet għal ħidma konġunta, appella wkoll sabiex l-istat u l-Knisja jaħdmu aktar flimkien għal għanijiet soċjali oħra.
Il-propjetà issa se tkun f’idejn il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, bil-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Jake Azzopardi, jisħaq li din ser tkun inizjattiva. Dan filwaqt li rringrazzja lill-awtoritajiet u lill-Knisja, li baqgħet dejjem simbolu ta’ tama li tista’ u kapaċi tkun hemm fejn hemm bżonnijiet tan-nies.
Din l-inizjattiva hija mmirata għal dawk l-individwi u koppji li jaqilgħu bejn €33,000 fis-sena f’każ ta’ persuna weħidha… u €38,000 f’każ ta’ koppja. Dawn jistgħu jixtru waħda minn dawn il-binjiet, li l-prezz finali jkun 30 fil-mija irħas mill-prezz fis-suq preżenti.
Intant, it-tender għal dawn il-binjiet se jinfetaħ immedjatament.
//= $special ?>