Sport

Suċċess għall-Olandiż fit-tieni ġurnata tat-Tour de France

(EPA)

It-tieni ġurnata tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France, fuq distanza ta’ 209.01 kilometri bejn Lauwin Planque sa Boulogne sur Mer, kien hemm is-suċċess għall-Olandiż Mathieu Van der Poel għal Team Alpecin li f’4 sigħat, 45 minuta u 41 sekonda rebaħ l-isprint fuq il-grupp ta’ għaxra u aktar.

Warajh bl-istess  ħin ingħata lis-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates segwit minn Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Vista Lease a Bike.

Fil-klassifika ġenerali minkejja li saru biss żewġ provi, Van der Poel fetaħ vantaġġ ta’ 4 sekondi fuq Pogacar u ta’ sitt sekondi fuq Vingegaard.

It-tielet ġurnata fuq distanza ta’ 178.3 kilometri hija bejn Valenciennes u Dunkerque.