€480,867 is-somma.
Din hija s-somma finali li nġabret fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Hospice Malta.
Matul is-sena 2024, kienu 917-il pazjent ġdid li rrikorrew għas-serizzi ta’ Hospice Malta hekk kif il-bżonn ta’ kura paljattiva dejjem qed tiżdied. B’Hospice Malta saħanistra qegħda f’diskussjonijiet avvanzati sabiex jinfetaħ in-patient unit li jista’ jitgawda minn dawk li tant għandhom bżonn.
Il-fondi miġbura minn din il-maratona se jkunu qed jintużaw b’mod dirett mill-pazjenti u l-familja tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-kura olisitika, mhux dik medika biss iżda anke spiritwali u emozzjonali.
Tant hu hekk, li kienu bosta t-testimonjanzi ta’ qraba ta’ pazjenti li rċivew l-għajnuna mingħand il-Hospice… li ddikjaraw li Hospice Malta kienet l-organizzazzjoni li f’mument ta’ kaos, u tbatija, tat tama lill-pazjenti u anke l-qraba tagħhom.
//= $special ?>