Carlos Alcarazu u Aryna Sabalenka t-tnejn żammew mal-pronostiku u fil-court prinċipali ta’ Wimbledon għelbu lil avversarji biex għaddew għar-rawnd li jmiss mingħajr problemi.
Is-seed numru 2 Carlos Alcaraz ta’ Spanja kontra s-seed numru 14, Andrei Rublev, sofra l-inizjattiva ta’ Rublev fl-ewwel set li spiċċa tilef 7 – 6 . Reazzjoni immedjata minn Alcaraz fit-tieni set li rebaħ 6 – 3. L-istess Alcaraz żamm l-inzjattiva biex rebaħ iż-zewġ sets ta’ wara bl-iskor identiku ta’ 6 – 4 ; 6 – 4, f’partita li damet sagħtejn u 44 minuta.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa, Arya Sabalenka ħadet biss siegħa u 35 minuta biex elimiat lis-seed numru 23, Elise Mertens tal-Belġju li iżda b’xi mod dejjem kienet fil-partita. Sabalenka, seed numru 1, rebħet l-ewwel set 6 – 4 sabiex fit-tieni set waslet ir-reazzjoni minn Mertens, b’Sabalenka tirbaħ is-set 7 – 6 u għaddiet għar-rawnd li jmiss.
//= $special ?>