Sport

Belġjan jirbaħ it-tielet ġurnata tat-Tour de France

It-tielet ġurnata tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France kienet fuq distanza ta’ 178.3 kilometri bejn Valenciennes sa Dunkerque. Din il-ġurnata rat is-suċċess għal Belġjan Tim Merlier ta’ Soudal Quickstep li rebaħ bi sprint fuq il-grupp f’4 sigħat, 16 il-minuta u 55 sekonda .

It-tieni post ingħata lil Jonathan Milan tal-Italja għal Lidl Trek segwit mill-Ġermaniż Phil Bauhaus għal Bahrain Victorius.

Fil-klassifika ġenerali minkejja li saru biss tliet provi bi 12-il siegħa, 55 minuta u 57 sekonda, Mathieu Van der Poel tal-Olanda għal Team Alpecin, żamm vantaġġ ta’ 4 sekondi fuq is-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates Pogacar, u ta’ sitt sekondi fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Vista Lease a Bike .

Ir-raba’ stadju mit-total ta’ 21 huwa fuq distanza ta’  174.2 kilometri minn Amiens Metropole sa Rouen.