Futbol Sport

Chelsea fil-finali tal-FIFA Club World Cup permezz ta’ dopjetta minn Joao Pedro fl-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax

(Ritratt: EPA)

FLUMINENSE………………….……….0

CHELSEA…………………………………2

Fluminense: Fabio, Ignacio, T.Silva, T.Santos (Keno 54’), Guga, Hercules (A.Canobbio 69’), S.Bernal (V.Lima 69’), Rene, Nonato (Y.Soteldo 68”, J.Arias, G.Cano (Everaldo 54’)

Chelsea: R.Sanchez, M.Gusto (R.James 68’), T.Chalobah, T.Adarabioyo. M.Cucurella, .Fernandez (A.Santos 86’), M.Caicedo, C.Nkunku (K.Drewsbury-Hall 86’), C.Palmer, P.Neto (N.Madueke 68’), J.Pedro (N.Jackson 60’)

Referee: Francois Letexier

Chelsea saru l-ewwel tim li kkwalifika għall-finali tal-FIFA Club World Cup meta għelbu lil Fluminense 2-0.

Kien l-akkwist il-ġdid, Joao Pedro, eks plejer ta’ Fluminense li skorja ż-żewġ gowls deċiżivi, wieħed ikun isbaħ mill-ieħor. Dopjetta fl-ewwel partita tiegħu bħala titular, wara 18-il minuta Pedro jdawwar ballun mill-isbaħ minn barra l-kaxxa wara l-kross ta’ Pedro Neto ġie kklerjat lejn Pedro. Fatt interessanti huwa li Pedro f’70 partita qatt ma skorja gowl minn barra l-kaxxa ma’ Brighton, pero fl-ewwel presenza tiegħu mal-ewwel ħdax ma’ Chelsea huwa sab ix-xibka mid-distanza.

It-tieni gowl jasal minn kontrattakk veloċi mibdi minn Enzo Fernandez lejn Pedro li daħal b’ġirja fil-kaxxa u b’xutt b’saħħtu stampa l-ballun mal-lasta ta’ fuq bil-ballun jibqa’ dieħel fix-xibka.