Sport

Emozzjonijiet f’Wimbledon

Ritratt: (EPA)

Ebda problema għas-seed numru 6, Novak Djokovic tas-Serbija, biex għadda għal kwarti finali f’Wimbledon fil-fażi tal-aħħar 16, wara li għeleb u elimina lil Alex de Minaur tal-Awstralja.

Madankollu kien de Minaur li ddomina l-ewwel set li rebaħ 6 – 1. Reazzjoni immedjata minn Djokovic li wara li rebaħ it-tieni set 6 – 4, għalaq il-partita fi tliet sigħat u 19-il minuta wara li rebaħ it-tielet u raba’ set bil-punteġġ identiku ta’ 6 – 4 ; 6 – 4.

Emozzjoni differenti fil-court centrali fejn fl-azzjoni, in-numru 1 attwali fid-dinja Jannik Sinner tal-Italja, kontra Grigor Dimitrov tal-Bulgarija, seed numru 16. Kien Dimitov li fl-ewwel set ħa l-inizjattiva tant i  rebaħ 6 – 3 bir-reazzjoni minn Sinner tkun limitata. 

Fit-tieni set kien Dimitrov li kompla jiddetta  fejn rebaħ 7 – 5. Kollox deher li Dimirov kien riesaq għall-akbar sorpriza tal-kompetizzjoni. Fit-tielet set f’mument meta l-iskor kien 2 – 2, Dimitor ta’ 34 sena, deher li rega’ ħass l-ugigħ kif kellu fl-Open tal-Awstralja u ta’ Franza. Kien kostrett li jirtira bl-ovazzjoni tal-pubbliku lejh u b’Jannik Sinner jgħaddi għal kwartifinali minkejja li kien qed jitlef.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa, Iga Swiatek tal-Polonja, ħadet biss siegħa u ħames minuti biex eliminat lil Clara Tauson tad-Danimarka. Wara li Swiatek rebħet l-ewwel set 6 – 4, ma kin hemm ebda reazzjoni minn Tauson li tilfet it-tieni set 6 – 1 bi Swiatek tgħaddi għar-rawnd li jmiss.