FLORIANA…………………….2
HAVERFORDWEST………..1
Floriana: G.Cioletti, A.Garzia, L.Lopez, I.Mendonca, G.Gamarra, C.M’Mombwa, D.Vella, J.Grech, M.Veselji (T.Glisovic 69’), M.Jah (O.Spiteri 87’), F.Varela
Haversfordwest: L.Rees, D.Rees. K.McCarthy, A.Jones (E.Scotocher 70’), R.Abbruzzese, G.Walters, D.Hawkins, C.Shepard, R.Watts, B.Fawcett, B.Ahmun (O.Jones 77’)
Floriana rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa minn żewġ legs, bl-ewwel leg jintlagħab fis-Centenary Stadium. Il-Greens irnexxielhom idawru żvantaġġ ta’ 1-0 f’rebħa ta’ 2-1.
It-tieni leg issa jintlagħab fis-17 ta’ Lulju fil-5:00pm fil-Parc Y Scarlets.
Haverfordwest jieħdu l-vantaġġ permezz ta’ Benjamin Ahmun wara 27 minuta minn assist ta’ Ben Fawcett.
Il-Greens jirrispondu ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ gowl mid-difensur laterali xellugi Gonzalo Gamarra minn assist tal-attakkant laterali Fede Varela.
Jake Grech jikkonverti penalty fis-70 minuta biex jagħti r-rebħa lill-Greens.
//= $special ?>