Futbol Sport

Grupp Ċ: Ġermanja u l-Iżvezja jagħmluhom żewġ rebħiet minn żewġ partiti

(Ritratt: EPA)

Il-Ġermanja għelbet lil Danimarka 2-1 biex rebħu l-ewwel żewġ partit minn Grupp C u kkonfermaw il-passaġġ tagħhom għar-rawnd li jmiss.

Il-Ġermanja fetħet l-iskor wara 16-il minuta permezz ta’ Klara Buhl, pero il-gowl ġie mħassar wara konsultazzjoni tal-VAR, biex għaxar minuti wara d-Daniżi jirrispondu permezz ta’ Amalie Vangegaard.
Fit-tieni taqsima, il-Ġermanja tirrispondi b’żewġ gowls li jwasslu għar-rebħa u kwalifikazzjoni. Tkun l-ewwel Sjoeke Nusken li fis-56 minuta tikkonverti l-penalty tagħha, biex għaxar minuti wara Lea Schuller tiskorja mill-assist ta’ Julia Brand.

Minn naħa l-oħra, l-Iżvedizi kellhom partita ħafna iżjed faċli hekk kif għelbu lill-Polonja 3-0. Gowls f’kull tqsima, bl-ewwel Stina Blackstenius tiskorja wara 28 minuta, segwita minn Kosovare Asllani li sabet ix-xibka fit-52 minuta. It-tielet gowl kien skorjat minn Hurtig fis-77 minuta.