“Grazzi lil kul min għen sabiex inbniet din id-dar għal Fgurin kollha”
Saħaq dan il-President tal-Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu fil-Fgura. Dan wara li tlestiet is-sede tal-Għaqda – każin li tul dawn l-aħħar snin baqa’ għaddej, filwaqt li jorganizza l-Festa ad unur il-Madonna tal-Karmnu.
David Zammit qal li din il-propjetà hija kompluta u tlestiet bis-saħħa ta’ dawk li fil-passat investew fl-Għaqda Karmelitana. U issa il-Fgurin jistgħu jgawdu Każin propjetà tal-istess għaqda.
Dan apparti li spejagalna kif din il-propjetà inbniet u fi żmien għaxar snin issa hi kompluta.

Intant l-Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura issa għandha wkoll swali kompluti li jilqgħu fihom żgħażagħ, anzjani, bandisti u partitarji Fgurin li jsitgħu jgawdu sede atrazzata b’dak kollu neċessarju.
Il-President David Zammit rringrazzja lid-donaturi kollha li għamlu dan il-bini tas-sede possibli, filwaqt li aċċena wkoll għal Fgurin; fejn apparti li għenu b’mod manwali u finanzjarju, kienu wkoll ta’ sostenn morali biex din il-propjetà tkun kompluta minn kollox.

Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>