Ċifri li għandu f’idejh Net Television juru li l-programm ‘Perspettivi’ tal-bieraħ ġibed interess qawwi. Tant li qabeż kemm l-udjenzi tax-Xandir Nazzjonali kif ukoll dawk tas-Super One.
‘Perspettivi’ kien l-ewwel programm li intervista liż-żewġ persuni li esprimew interess fit-tmexxija tal-PN – Alex Borg u Adrian Delia. U matul il-programm huma setgħu jippreżentaw il-ħsibijiet tagħhom u jwieġbu d-domandi li saru mill-preżentatriċi Roberta Bonello b’rabta ma’ dan il-proċess li għaddej fil-PN.
Interessanti l-fatt li mit-3:45pm ‘il quddiem, Net TV baqa’ konsistenti b’udjenzi akbar minn dawk tal-istazzjon One.
Net TV, kif konfermat mill-aħħar stħarriġ tal-BA, huwa l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna.
//= $special ?>