Inqatel raġel f’inċident fuq taxiway fl-ajruport internazzjonali ta’ Milano Bergamo, wara li ġie rrappurtat li nġibet ġewwa magna ta’ ajruplan.
Rapporti inizjali qalu li r-raġel, li kellu madwar 30 sena, inġibed ġewwa waħda mill-magni waqt li l-ajruplan kien qed jipprepara biex jitlaq.
Għadu mhux ċar jekk ir-raġel kien hux passiġġier jew ħaddiem fl-ajruport.
Għalhekk, l-operazzjonijiet kollha fl-ajruport ġew sospiżi mill-10:20 ħin ta’ filgħodu għal madwar siegħa u nofs – bil-vjaġġi lejn Bergamo jiġu devjati lejn l-ajruport ta’ Milano Malpensa.
//= $special ?>