Edukazzjoni Lokali

Ir-riżultati tal-O Levels se jiġu preżentati b’mod differenti

Fir-riżultati tal-MATSEC SEC li ġejjin se jkun hemm bidla importanti ferm. Minn dawn ir-riżultati li se jkunu ppubblikati mill-MATSEC, għall-ewwel darba ċ-ċertifikat tal-MATSEC tas-SEC se jidher b’mod ġdid.

Kull suġġett se jkun imfisser b’mod aktar ċar fuq tliet kolonni: il-marki tal-iSchool-Based Assessment (SBA); il-grad tal-eżami finali tas-SEC u t-tielet kolonna li se turi l-livell finali. L-iSchool-Based assessment għandu massimu ta’ 30 marka u jirrifletti l-ħidma tal-istudent fl-aħħar snin tal-perkors edukattiv tiegħu.

Il-marki li jġibu l-istudenti mill-SBA u mill-eżami tas-SEC jingħaddu flimkien u minn dawn joħroġ il-livell finali li jkunu laħqu l-istudenti – li tidher fit-tielet kolonna.