Enerġija Lokali

It-tieni ġimgħa konsekuttiva ta’ qtugħ fil-provvista tad-dawl

Diversi lokalitajiet esperjenzaw sigħat twal mingħajr provvista tal-enerġija. Dan hekk kif il-qtugħ tad-dawl issokta għat-tieni ġimgħa konsekuttiva.

Fost iz-zoni milquta kien hemm partijiet ta’ Ħal Tarxien u anke Raħal Ġdid – apparti li anke f’Ħal Qormi kien hemm rapporti ta’ qtugħ.

Din is-sitwazzjoni ilha tippersisti sa mill-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju, minkejja li ilna sentejn niġu mwiegħda servizz stabbli għax-xhur tas-sajf.