Internazzjonali

Jaqbżu l-100 il-vittmi tal-għargħar f’Texas

Wara l-għargħar ta’ nhar il-Ġimgħa filgħaxija li fih tilfu ħajjithom ‘l fuq min 100 persuna, kien konfermat ukoll li fil-kamp tas sajf mietu 27 tifla u membri tal-istaff. Dan filwaqt li 10 tfajliet u l-persuna li jieħu ħsieb il-kamp għadhom ma nstabux.

Fost dawk li tilfu ħajjithom kien hemm Richard Eastland – raġel ta’ 70 sena li jiġi d-direttur ta’ dan il-kamp li miet waqt li beda jsalva xi tfal.

Wara din it-traġedja, il-White House sostniet li t-tnaqqis fil-budget tas-Servizz Nazzjonali tat-Temp ma kkawżax tfixkil fl-għajnuna immedjata wara dan l-inċident. Dan wara li kritiċi tal-gvern ta’ Trump rabtu dan it-tnaqqis ma’ dan id-diżastru naturali.

Il-gvernatur ta’ Texas qal li sas-sajf li ġej se jitpoġġew sireni biex javżaw f’każ ta’ għargħar. Bil-Gvernatur jirrikonoxxi li dawn setgħu salvaw il-ħajja ta diversi persuni.