Albert Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-Parlament li bħal f’kazijiet oħra ta’ abbużi, hemm bżonn li jkun hawn infurzar tal-liġijiet u edukazzjoni kontra s-cyberbullying u s-cyberstalking.
Hu għamel riferenza għar-rivoluzzjoni li seħħet mhux biss bl-introduzzjoni tal-kompjuters imma wkoll fl-aħħar snin tal-użu tal-internet li ġabet bidla totali tal-mod kif ilkoll kemm aħna ngħixu.
Grazzi għall-internet, id-dinja saret aktar villaġġ wieħed b’aċċess għal minjiera u bibloteka sħiħa ta’ informazzjoni. Matul iż-żmien tal-COVID, rajna li dan mhux biss huwa possibbli imma forsi huwa l-way forward.
Huma diversi barranin u Maltin li għalkemm jinsabu jaħdmu minn Malta, fir-realtà l-uffiċċju u xogħol tagħhom jinsab f’pajjiżi oħra. Grazzi għall-internet ukoll li seħħew anke rivoluzzjonijiet politiċi fosthom fit-Tuneżija li saret bis-saħħa u l-qawwa tal-internet.
Bl-introduzzjoni tal-internet hemm sfidi oħra, bħar-rivoluzzjoni industrijali. Bħalma sikkina tista’ tintuza biex wieħed jiekol sew imma fl-istess waqt wieħed jista’ juzaw biex iweġġa’ lil ħaddieħor, hekk ukoll l-użu u l-abbuż tal-internet.
Hu qal li l-abbuż tal-internet qigeħed iwasssal għal tipi differenti ta’ vjolenza, razziżmu, mibegħda, insulti, tmaqdir, fake news, identity theft, cyberbullying u cyberstalking. Dawn kollha qegħdin jagħmlu ħerba sħiħa f’numru ta’ persuni, b’mod partikolari f’dawk it-tfal, adolexxenti u persuni oħra li għandhom ċerta vulnerabbiltà.
Din il-proposta tal-liġi qed tindirrizza żewg problemi u sifidi partikolari; is-cyberbullying u cyberstalking. It-tnejn li huma għandhom l-għan wieħed, dak li jagħtu fastidju/harressment kontinwament b’tali mod li jagħmel ħsara emozzjonali u psikoloġika u anke fiżika fuq il-persuna li jispċċa vittma.
Fil-fatt, f’diversi kazijiet ta’ vjolenza domestika jkun hemm dan l-abbuż ta’ cyberbullying u s-cyberstalking kontinwament.
L-istatiska uffiċjali turi li l-kazijiet rapportati bejn l-2022 u l-2025 kienu biss ta’ 135 imma min jaħdem fil-qasal soċjali u edukattiv jaf li dawn mhumiex ċifri reali. Ir-realtà hija ferm u ferm akbar u diversi drabi hemm nuqqas ta’ rappurtaġġ mill-vittmi. Għalkemm l-istatistika hija dik li hija, ir-realtà hemm barra hija ferm differenti. Ċertu kummenti fil-midja soċjali jkunu verament kattivi fis-sens kollu tal-kelma.
Imma fid-dawl li ninsabu f’kuntest politiku, tajjeb li nistqarru li l-politika partiġjana qegħda twassal anke għal dawn it-tipi ta’ kummenti. Dan huwa wkoll cyberbulling.
Il-kritika kostruttiva qed tispiċċa wkoll li hija hate speech u ħdura meta l-persuna li tkun qegħda tgħid dan, tkun qrat biss it-titlu tal-artiklu jew post.
//= $special ?>