Sport

Klabb lokali jirbaħ l-Iron Taekwondo League

Suċċess minn atleti fi ħdan il-klabb lokali Iron Taekwondo League bir-rebħ ta’ disa’ midalji fis-sitt edizzjoni tal-Kamponati Range Online International Open Poomsae & Para u bl-ewwel post miksub fil-klassifika ġenerali tal-Beach Poomsae. Kompetizzjoni fejn ħadu sehem klabbs ewlenin mill-Grecja, Renju Unit, Norveġja u Awstrija.

Alyanna De Leon temmet fl-ewwel post fil-Beach Poomsae u fit-tieni post fil-kategorija individwali fejn fl-istess kategorija Fatma Azzam temmet fit-tielet post.

Anhelina Hladenova u Nia Tabakova it-tnejn temmew fit-tieni post fil-Poomsae individwali filwaqt li t-tieni post fil-Beach Poomsae għal Aliyah Labay u t-tieni post fil-Pair Poomsae flimkien ma’ Jovo Mirkovic li apparti dan it-tieni post rebaħ ukoll il-Beach Poomsae.

Dawn ir-riżultati jikkonfermaw il-perijodu pożittiv li għaddej minnu l-Iron Taekwondo League immexxi minn Gianluca Barbara.