Merħba mill-isbaħ għall-atleta Malti Fabio Spiteri, li lbieraħ filgħaxija ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali f’mument mill-aktar emozzjonanti.
Fabio Spiteri temm b’suċċess waħda mill-akbar sfidi ta’ endurance fid-dinja: id-Deca-Triathlon fi Franza, f’ħin ta’ 233 siegħa, 39 minuta u 29 sekonda. Dan hu wkoll rekord nazzjonali. Dan l-avveniment jikkonsisti fi 38 kilometru għawm, 1,800 km rota u ġirja ta’ 422 kilometru, kollha konsekuttivi.
Fost dawk li laqgħuh fl-ajruport kien hemm Paula Briffa, is-Segretarja ta’ Tim Sport Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>