Lokali

Membri tas-CPD imsejħa f’Buġibba wara li ntlemħu xi dħaħen f’binja

Evakwati xi tfal minn Ċentru taċ-Childcare bħala prekawzjoni

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fi Triq San Xmun f’Buġibba sabiex jikkontrollaw xi nirien f’binja.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar hekk kif kelliema għall-Pulizija spjegaw ma’ Net News li fiż-żona kien hemm ukoll Ċentru taċ-Childcare li ġie evakwat immedjatament bħala prekawzjoni. Dan filwaqt li fil-post għamlu l-wasla tagħhom uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi.

Madanakollu aktar tard sar magħruf li fortunatament ma kienx każ ta’ allarm hekk kif kienu biss dħaħen li s-sors tagħhom s’issa baqa’ mhux magħruf.