L-għaqda Repubblika esprimiet il-preokupazzjoni wara r-risposta tal-awtoritajiet Żvizzeri b’rabta mal-investigazzjonijiet tal-konċessjoni tal-Vitals u Steward.
Fi stqarrija, Repubblika staqsiet x’passi se tkun qed tieħu l-Avukat Ġenerali b’rabta ma’ din id-deċiżjoni. Dan hekk kif matul il-ġurnata tat-Tnejn l-awtoritajiet Żvizzeri ma laqgħux it-talba għall-għajnuna fil-proċeduri kriminali kontra l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u oħrajn marbuta mal-każ tal-Vitals u Steward.
Repubblika spjegat li qed tistenna spjegazzjoni dwar jekk l-awtoritajiet Maltin għamlux it-talba għall-informazzjoni kif suppost. Dan filwaqt li appellat sabiex tinġarr responsabbiltà u ssir talba kif suppost jekk hemm xi nuqqasjiet minn naħa tal-awtoritajiet Maltin.
U għalhekk, appellaw sabiex issir ġustizzja.
//= $special ?>