Lokali Parlament

1,760 inkjesta maġisterjali pendenti

L-ammont ta’ inkjesti maġisterjali pendenti sal-aħħar ta’ April, 2025, kien dak ta’ 1,716 fil-Qrati ta’ Malta u 44 fil-Qrati ta’ Għawdex – total ta’ 1,760.

Dwar l-inkjesti maġisterjali pendenti, tkellem fil-Parlament il-Ministru Jonathan Attard meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici. L-aktar waħda antika tmur għall-1977.

Jirriżulta minn informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament, li hemm 599 f’Malta u 31 f’Għawdex inkjesti maġisterjali pendenti li ilhom anqas minn sentejn, 526 f’Malta u 7 f’Għawdex aktar minn sentejn; 282 aktar minn tliet snin; 100 f’Malta u tlieta f’Għawdex aktar minn erba’ snin; 19 f’Malta u tlieta f’Għawdex aktar minn ħames snin; 33 f’Malta aktar minn għaxar snin; u sebgħa inkjesti maġisterjali pendenti f’Malta aktar minn għoxrin sena.