Jirriżulta li bħalissa hawn 51 pazjent jistennew biex jingħataw il-magna tal-isleep apnea.
Dan ikkonfermah il-Ministru Jo Etienne Abela fi tweġiba li ta lid-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut. Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal ukoll li ħafna minn dawn diġà għandhom appuntament biex jiġbruha.
Jirriżulta wkoll minn tweġiba oħra li għamel id-deputat Nazzjonalista, li bħalissa hemm 152 pazjent li għandhom il-magna tal-Sleep Apnea mikrija mill-isptar.
Għal mistoqsija oħra mill-istess Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut dwar kemm hawn pazjenti li kellhom jixtru magna tal-isleep apnea mill-privat u li qed jistennew li jieħdu refund mis-servizz tas-saħħa, il-Ministru Jo Etienne Abela wieġeb biss li l-informazzjoni qed tinġabar.
//= $special ?>