Lokali Parlament

878 ġenituri waħedhom jistennew akkomodazzjoni soċjali

Fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali, l-Awtorità tad-Djar għandha 878 applikant li huma ġenituri waħedhom.

Dettalji dwar il-lista ta’ stennija li għandha l-Awtorità tad-Djar tkellem dwarha fil-Parlament il-Ministru Roderick Galdes meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentar tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli jgħid kemm hemm applikanti fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali li huma persuni b’diżabbilità, ġenituri waħedhom (single parents), jew anzjani li jgħixu waħedhom.

Il-Ministru Roderick Galdes wieġeb ukoll li l-Awtorità tad-Djar għandha wkoll 63 applikant li huma persuni b’diżabbilità, u 50 applikant ieħor li huma anzjani li jgħixu waħedhom.

L-istess Ministru qal għal mistoqsija oħra tal-istess Deputat Nazzjonalista, li l-informazzjoni għadha qed tinġabar dwar kemm-il applikant hemm bħalissa quddiem l-Awtorità tad-Djar għal xiri ta’ units, biex isiru sidien ta’ darhom.