Internazzjonali

Aktar minn 160 persuna għadhom neqsin mill-għargħar li seħħ f’Texas

Mill-inqas 161 persuna baqgħu ma nstabux wara l-għargħar li laqat l-istat ta’ Texas, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

In-numru ta’ persuni rappurtati nieqsa kompla jiżdied – bir-rapporti jindikaw li ħamest itfal u counsellor minn Camp Mystic huma fost dawk li għadhom ma nstabux. Dan filwaqt li 27 persuna tilfu ħajjithom waqt li kienu f’dan is-summer camp.

S’issa, huwa kkonfermat, li l-għargħar li ħakem il-belt ta’ Kerrville u Kerr County, fl-4 ta’ Lulju, ħalla madwar 109 fatalità.

Xita qawwija kienet wasslet biex ix-xmara Guadalupe telgħet bi tmien metri f’ inqas minn siegħa.

L-awtoritajiet lokali għadhom għaddejjin bl-investigazzjonjiet u bi tfittxija sabiex isibu lill-persuni li għadhom neqsin.