Matul is-sena li għaddiet kien hemm 2,198 li daħħlu fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali. Din is-sena, sa madwar nofs Ġunju, kienu diġà daħħlu għall-kura ts-saħħa mentali fl-Isptar Mount Carmel aktar minn 900.
Għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo, il-Ministru Jo Etienne Abela qal fil-Parlament, li fl-admissions fl-Isptar Mount Carmel daħħlu, relatati ma’ kura tas-saħħa mentali, 2,381 fl-2023 ; u 2,198 fl-2024. Matul din is-sena sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba il-mistoqsija, kien hemm 918 li daħħlu fl-Isptar Mount Carmel relatati ma’ kura tas-saħħa mentali,.
Ma kien hemm ebda admission fl-Isptar Mater Dei relatata ma’ kura tas-saħħa mentali.
//= $special ?>