Carlo Ancelotti, il-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan, spiċċa kundannat għal sena ħabs talli naqas milli jħallas it-taxxa fuq id-dħul mill-‘image rights’ tiegħu fiż-żmien meta hu kien manager tat-tim Spanjol, Real Madrid.
Il-kundanna kienet ikkonfermata minn qorti fi Spanja….Dan meta l-liġi Spanjola tesiġi li kwalunkwe sentenza ta’ anqas minn sentejn ħabs għal reat li ma jinvolvix il-vjolenza rari tirrikjedi biex il-persuna inkwistjoni – speċjalment jekk ma jkollux rekord kriminali — jiskonta terminu ta’ priġunerija.
Għaldaqstant, mhux mistenni li s-sentenza għal Ancelotti ssir effettiva matul il-ġranet li ġejjin.
Il-frodi fit-taxxa min-naħa ta’ Ancelotti tmur lura għas-sena 2014, waqt l-ewwel staġun tiegħu fit-tmun tal-Madrilenos…Sadanittant, il-kowċ Taljan kien anki akkużat b’li ‘qarraq’ bl-Uffiċċju tat-Taxxa Spanjol biex jevita li jħallas ‘il fuq minn 900,000 ewro dovuti lill-Istat.
//= $special ?>