Grazzi tal-appoġġ kontinwu tagħkom. Intom kontu u se tibqgħu l-mutur ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, kull wieħed u waħda minnkom fil-lokalità rispettiva tagħkom.
Grazzi talli dejjem sibtkom hemm warajja matul dawn il-ħames snin li għaddew.

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa li saret it-Tlieta filgħaxija, hekk kif iltaqa’ mal-membri tal-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista, fejn kompla jħeġġeġ lil membri kollha biex bħalma se jagħmel hu – jibqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech mill-ġdid tenna l-appell biex bħalu jaħdmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista jkun min ikun, sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jippreżenta l-aħjar alteranattiva li pajjiżna għandu bżonn.
Dan filwaqt li temm jgħid li hu jinsab konvint li dawk kollha preżenti jridu l-aqwa ġid għall-Partit Nazzjonalista u għall-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn Stefan Caruana, is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li l-membri tal-Kumitat Sezzjonali kienu indirizzati wkoll mis-Segreatrju Ġenerali tal-Parti Nazzjonalista Charles Bonello.
