Futbol Sport

FILMAT | Ara l-gowls fir-rebħa ta’ Floriana, fl-ewwel partita minn tnejn kontra Haverfordwest County AFC ta’ Wales

Jake Grech skorja l-gowl deċiżiv fir-rebħa ta' 2-1 li Floriana kellhom kontra Haverfordwest County AFC ta' Wales
Jake Grech skorja l-gowl deċiżiv fir-rebħa ta' 2-1 li Floriana kellhom kontra Haverfordwest County AFC ta' Wales

Tliet gowls kienu skorjati fl-ewwel partita minn tnejn bejn Floriana u Haverfordwest County AFC ta’ Wales, fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League li ntlagħbet ilbieraħ fl-Istadium taċ-Ċentinarju, f’Ta’ Qali.

Floriana rebħu 2-1 u dawru telfa f’rebħa, bil-gowl deċiżiv ikun skorjat qabel is-siegħa logħob minn penalty mogħti minn Jake Grech.

It-tieni leg jintlagħab fis-17 ta’ Lulju, f’Wales.