“Fit-temperatura ser iwwahhlu? Jew il-vera problema hi iz-zieda fil-bini, li ghalih ma sarx ippjanar?”
Dan kien wieħed minn fost bosta kummenti ta’ kritika minn naħa tan-nies fuq il-midja soċjali, wara l-artiklu li ppublika x-Xandir Nazzjonali, il-konsum ta’ enerġija minħabba ż-żieda tat-temperatura fl-aħħar jiem. 100 Mega Watt aktar meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Permezz ta’ kummenti taħt l-istess artiklu li xxandar fuq il-midja soċjali kienu bosta l-individwi li kritikaw il-fatt li l-Gvern baqa’ ma sabx soluzzjoni għal-qtugħ kontinwu fil-provvista tad-dawl; u esprimew ir-rabja tagħhom għal dak li ixxandar mit-TVM.
Bosta persuni sostnew kif il-kwistjoni mhijiex waħda relatata mat-temperatura, iżda relata ma’ ħafna fatturi oħrajn – fosthom il-bini mingħajr ippjanar, u l-isplużjoni fil-popolazzjoni. In-nies qalu li l-Gvern għandu jieħu responsabbiltá assoluta.
Raġel partikolari stqarr, kif waħda mis-soluzzjonijiet għandha tkun li “jiġu installati solar panels fuq postijiet pubbliċi sabiex l-enerġija mix-xemx tmur fil-grid – u xejn xejn il-binjiet pubbliċi fosthom skejjel, fis-sajf ma jisħnux kif qegħdin bħalissa; u t-tfal jispiċċaw johħrgu ilma mis-summer school.”
Ieħor irrimarka kif ħadd ma jsemmi iż-żieda fil-karozzi elettrici li jiccargjaw bil lejl – bil-kumment jiddikjara li l-Gvern irid lin-nies jaqleb għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku, meta l-pajjiz “ghadu mhux lest”
Kienu ħafna anke dawk illi kitbu li meta jinqata’ d-dawl jixgħelu xemgħa u jintefgħu naqraw ktieb – reazzjoni sarkastika, b’referenza għal dak li kienet qalet il-Ministru Julia Farrugia meta l-pajjiż kien għadu għaddej mill-kriżi tal-qtugħ tad-dawl.
//= $special ?>