Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara ħabta bejn żewġ vetturi f’San Ġwann

Ħadd ma weġġa’ wara li trakk tal-Cleansing u vettura oħra, għal xi raġuni ħabtu ma’ xulxin.

L-inċident seħħ aktar kmieni dalgħodu fi Triq tal-Balal, San Ġwann.

Fil-post issejħu membri tal-Lesa kif ukoll Uffiċċjali tal-Pulizija hekk kif t-trakk tat-tindif huwa propjetà tal-Gvern.

Kelliem Uffiċċjali tal-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’.