Lokali Parlament

Il-gvern irtira mill-pożizzjoni tiegħu li jiddefendi lil dawk li jagħmlu l-ħażin fis-settur pubbliku

Karol Aquilina

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-parlament li bl-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Responsabbiltà ta’ persuni li jokkupaw Kariga Pubblika u ta’ Entitajiet Pubbliċi l-gvern iritira mill-pożizzjoni tiegħu li jiddefendi lil dawk li jagħmlu l-ħażin fis-settur pubbliku.

Karol Aquilina qal li l-PN hu favur li l-ħaddiema kollha tal-gvern jingħataw il-protezzjoni legali biex jagħmlu xogħlhom kif suppost bla ma xi ħadd iġiegħlu jagħmel xi ħaġa ħażina. Hu kompla li l-PN hu favur il-liġi għaleix il-gvern għandu obbligu mrolai u legali li jipproteġi lill-ħaddiema meta jiġri xi ħaġa lil dawn il-ħaddiema.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-passat kien hemm diversi każi fis-settur tas-saħħa li tbba u professjonisti nżammu responsabbli għal każi li ma kinux responsabbli għalihom. Il-liġi li qed iressaq il-gvern hi tajba biex prattiċi tajba li ilhom isiru ma jibqgħux biss osservati minn kulħadd iżda tajjeb li jkun hemm ċertezza legali.

Karol Aquilina staqsa jekk din il-liġi tkoprix lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biss jew lil dawn tas-Settur Pubbliku u jekk din tinkludix ukoll lill-kuntratturi li joffru servizzi f’isem l-Istat. Hu qal li jeħtieġ ikun ċar x’se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-parlament

Karol Aquilina qal li din il-liġi fil-fatt ma tipproteġix lil min jagħmel affarijiet illegali, iwettaq korruzzjoni, jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu u tipproteġi biss lil min ikun attent fuq xogħlu. Dan hu ħafna differenti minn dak li kien qed jgħid il-Prim Ministru fl-aħħar xhur, sostna Karol Aquilina, li qal li fil-pajjiż m’hawnx it-tradizzjoni li jsiru kawżi kontra l-ħaddiema individwali iżda lid-dipartimenti tal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi ma titkellimx fuq il-mandati eżekuttivi iżda fuq mandati kawtolatorji. Hu qal fil-każ ta’ neglienza kbira hemm diffikultà biex din tkun stabbilità u ppropona li kull kawża lissir kntra ħaddiem tal-gvern li jekk il-qorti tistabilixxi din in-negliġenza l-qorti trid tkun obbligata tistabilixxi dan il-punt fis-sentenza. Dan biex ma jkunx hemm dubju dwar din in-negliġenza.

Karol Aquilina kompla li din il-liġi għanhda tinkwieta lil min imur ixxogħol u jabbuża billi jmur kontra l-ineressi tal-Istat. Din hi liġi tajba li biha l-Gvern irtira mill-pożizzjoni li ried jagħti immunità lil min ried jabbuża, sostna Karol Aquilina.