Sport

Ir-raba’ ġurnata tat-Tour de France

Ritratt: EPA

Ir-raba’ ġurnata tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France fuq distanza ta’ 174.2 kilometri minn Amiens Metropole sa Rouen, rat is-suċċess għal Tadej Pogacar tas-Slovenja għal UAE Team Emirates li rebaħ l-isprint fuq il-grupp fi 3 sigħat, 50 minuta u 29 sekonda. L-istess ħin attribwit għal grupp bit-tieni post mogħti lil Mathiey Van der Poel tal-Olanda għal Team Alpecin filwaqt li fit-tielet post ingħata lil Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike.

Fil-klassifika ġenerali wara li saru biss erba’ provi bi 16-il siegħa u 46 minuta fl-ewwel post Mathieu Van der Poel tal-Olanda għal Team Alpecin bl-istess ħin mas-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’distakk ta’ tmien sekondi fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Vista Lease a Bike  li jinsab fit-tielet post.

Il-ħames stadju huwa fil-prova kontra l-ħin fuq distanza ta’ 33 kilometru fir-rotta ta’ Caen.