Il-Membru Parlamentati David Agius, indirizza l-konferenza tal-ATTO, b’messaġġ ċar – dak li tingħata importanza lis-settur tat-trasport u loġistika fil-kuntest tal-fondi Ewropej. Huwa spjega kif dan huwa meħtieġ peress li l-konnettività li tippermettilna nwasslu l-prodotti u s-servizzi tagħna minn pajjiż għall-ieħor hi fundamentali għal pajjiżna.
David Agius sostna kif dan jgħodd l-aktar għal Malta hekk kif il-pożizzjoni tagħna bejn l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani tpoġġina bħala hub naturali għal-loġistika u l-attivitajiet relatati mat-trasport.
Fid-diskors tiegħu, David Agius sostna kif “ 80% tal-prodotti li jaslu Malta jiddependu mit-trasport internazzjonali fuq it-toroq turina d-dimensjoni wiesa’ ta’ dan is-setttur u r-raġuni għaliex għandna nieħdu l-isfidi tiegħu bis-serjetà u niġbdu lkoll ħabel wieħed.”
Il-Membru Parlamentari, kompla jgħid kif it-trasformazzjoni diġitali fis-settur tal-loġistika “tagħtina opportunità unika biex nintegraw soluzzjonijiet loġistiċi intelliġenti minn sistemi ta’ tracking, sa tbassir tad-domanda bl-intelliġenza artifiċjali, li jistgħu jpoġġuna fuq quddiem nett fl-innovazzjoni fil-Mediterran.”
L-Unjoni Ewropea temmen b’konvinzjoni li investiment fis-sistemi ta’ trasport hu kruċjali għall-kompetittività Ewropea u għalhekk toffri diversi strumenti ta’ finanzjament, u bosta minnhom huma miftuħa għall-industrija privata, inklużi negozji Maltin.
Il-Membru Parlamentari, qal kif sħubija fl-Unjoni Ewropea fetħitilna aċċess għal biljuni ta’ fondi li jistgħu jkunu fundamentali għat-trasformazzjoni ta’ dan is-settur, minn perspettivi differenti. L-ewwel waħda hija dik tat-transizzjoni ambjentali lejn indusrija sostenibbli. Dan jinkludi għotjiet u self għall-elettrifikazzjoni tal-vetturi, ix-xiri ta’ vetturi eletttriċi jew ibridi, finanzjament ta’ charging infrastructure kif ukoll investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija fost l-oħrajn.
Huwa appella lil awtoritajiet, il-Gvern, u l-Oppożizzjoni sabiex jaraw li jinżamm kuntatt kontinwu mal-industrija għaliex, li naraw li l-ħidma li qed issir mir-Rappreżentazzjoni Permanenti fi Brussell tibqa’ tal-ogħla livell, u li fejn jidħlu l-fondi tal-UE rridu naraw li kemm jista’ jkun niffaċilitaw il-proċessi u mhux nikkumplikawhom.
David Agius feraħ lill-ATTO li poġġiet il-fondi Ewropej fiċ-ċentru ta’ din id-diskussjoni.
//= $special ?>