Zaghzugh Taljan ta’ 21 sena, residenti l-Ġżira, ġie mmultat €1,000 wara li ammetta li importa 100 gramma ta’ reżina tal-kannabis permezz tal-posta.
L-akkużat tressaq il-Qorti l-Erbgħa quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Skont l-Ispettur tal-Pulizija Jonathan Pace, il-Pulizija sabu pakkett mibgħut permezz tas-servizz UPS, li kien indirizzat lill-akkużat, fejn fih instabet id-droga.
Wara l-arrest tiegħu, l-akkużat kkopera mal-Pulizija u fi tfittxija li saret fid-dar tiegħu ma nstab xejn suspettuż.
Mal-pulizija, l-akkużat qal li hu jikkonsma ħafna kannabis u xtara d-droga online sabiex ifaddal xi flus.
Intant, il-prosekuzzjoni talbet biex l-akkużat jiġi mmultat tal-inqas €500.
Min-naħa tagħha, id-difiża argumentat li l-akkużat għandu rekord kriminali nadif.
Għaldaqstant, il-Qorti sabet lill-akkużat ħati fuq l-ammissjoni tiegħu, fejn ġie mmultat €1,000.
//= $special ?>