Lokali Parlament

Jirriżenjaw 182 għalliem

Fl-aħħar ħames snin irriżenjaw total ta’ 182 għalliem, filwaqt li matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 89 għalliem.

Dan jirriżulta minn interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjon; jgħid kemm hemm għalliema u fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età, matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin.

Il-Ministru Clifton Grima qal ukoll fil-Palament li fl-aħħar ħames snin ġew ingaġġati total ta’ 363 għalliem.